CALCIO PREMIER

Programm ta’diskussjoni li jixxandar kull nhar ta’Tnejn bejn is-19:00 u 19:45 fuq POWER FM fil-frekwenza ta’90.4 fejn fih jigu ittrattati il-partiti principali li jkun hemm mis-Serie A u l-Premeirship fi tmiem il-gimgha li tkun ghadha kemm intemmet.  Okkazjonalment ikun hemm Programmi Specjali li fihom tigi diskussa wkoll il-UEFA Champions League.  Il-Programm huwa immexxi minn Antonello Abela.

Il-mistednin, li generalment ikunu tlieta, ikunu jew rapprezentanti tad-diversi Supporters Clubs li hawn prezenti f’Malta jew inkella ikunu individwi li jkunu jzommu ma’xi klabb partikolari jew iehor.  Dawn jitqassmu skond liema partita ser tkun diskussa l-aktar fid-dettal. (Ez: Jekk fil-programm ser jigu diskussi il-loghob Inter-Milan u Newcastle-Man Utd ikun hemm zewg sapporters, wiehed ta’Inter u iehor ta’Milan biex maghhom jigi diskuss fid-dettall il-loghba Inter-Milan u sapporter ta’Man Utd biex mieghu niddiskutu il-partita Newcastle-Man Utd.  Il-kriterji ta’liema loghba tinghata importanza aktar mill-ohra tigi skond is-sitwazzjoni fir-rispettivi Kampjonati)

Is-semmiegha ikunu jistghu jaghmlu kuntatt dirett mal-mistiedna permezz tas-servizz tal-SMS kif ukoll permezz tal-Forum ta’Calcio Premier li ghadu kemm infetah u li jista jinstab fuq http://calciopremier.proboards77.com/

F’kas li jkun hawn xi personalita’ li jkollha x’taqsam ma’xi klabb partikolari mill-Kampjonati li jigu diskussi fil-Programm, dawn jippruvaw jigu intervistati u jittellghu f’features meta il-mument ikun opportun.

Sports Links

Sports